PIETRU FUQ L-ILMIJIET
MULEJ GHINNI GHAX SER NEGHREQ
[Mt:14:22] U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. [Mt:14:23] Wara li bagħat lin-nies, tela' waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; [Mt:14:24] id-dgħajsa kienet diġà f'nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. [Mt:14:25] Fir-raba' sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. [Mt:14:26] Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru. "Dan xi fantażma!" qalu; u qabdu jgħajjtu bil-biża'. [Mt:14:27] Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom: "Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!" [Mt:14:28] Wieġeb Pietru u qallu: "Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma." [Mt:14:29] "Ejja," qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù. [Mt:14:30] Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża', ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: "Salvani, Mulej !" [Mt:14:31] Malajr Ġesù medd idu u qabdu: "Bniedem ta' fidi żgħira," qallu,"għaliex iddubitajt?" [Mt:14:32] Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. [Mt:14:33] Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: "Tassew, int Bin Alla!"
Ġesù jfejjaq il-morda f'Ġennesaret
(Nk 4, 53-56)
[Mt:14:34] Qasmu għan-naħa l-oħra u marru fl-art ta' Ġennesaret. [Mt:14:35] In-nies ta' hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma' dawk l-inħawi kollha. Bdew iressqulu quddiemu l-morda kollha [Mt:14:36] u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa: u dawk kollha li messewh fiequ.

TAGHLIM MIGBUD
1.Li mhux ghax wiehed fuq l-ilma ghalhekk ma ghandux gisem reali f'sustanza fq l-art.
2. Li n-natura dejjem thares safejntilhaq hilitha.
3. Li fidi dubja ma ssalvax.
4. Li x-xhud ta' Kristu huwa l-miraklu.
5. Li ma jinfirdux il-perswazjoni tal-qalb u l-istqarrija permezz ta' l-opri.
6. Li f'kull kaz superjuri ghan-natura jinhtiegu ezami u esperimenti.

EZERCIZZJU
1.Taf inti xejn li l-fidi hija perswazzjoni tal-qalb fuq verita' li ma tarax?
2. Osservajt xejn li l-bniedem jopra a izura tal-fiodi?
3. Tahseb inti mill-opri tieghek li ghandek fidi ferma?
4. Izzomm xejn b'xhud tal-verita' ta' Kristu l-fundazzjoni tal-Knisja?
5.Tifhem xejn li fil-fidi dubja wiehed jibza' fuq l-oppost?
6. Temmen inti aktar milli kieku qed tara b'ghajnejk?

PROPONIMENT
Nipproponu li li bis-smigh tal-kelma ta' Alla u bil-meditazzjoni fuqha nkabbru fina l-fidi taghna f'Gesu' Kristu l-awtur tal-Fidi li missirijietna laqghu bil-qawwa kollha ghax-xhud li hu ta fuqu stess.