IL-PERSEVERANZA
KRISTU JAGHTI STRUZZJONIJIET QABEL JIBGHAT LIL-APPOSATLI GHALL-MISSJONI
[Mt:10:17] Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f'idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, [Mt:10:18] itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. [Mt:10:19] Iżda meta jerħukom f'idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x'se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. [Mt:10:20] Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta' Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom. [Mt:10:21] L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt. [Mt:10:22] U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva. [Mt:10:23] Jekk jippersegwitawkom f'belt, aħarbu f'oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta' Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem.
[Mt:10:24] "Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. [Mt:10:25] Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!
[Mt:10:26] "Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. [Mt:10:27] Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f'widnejkom xandruh minn fuq il-bjut. [Mt:10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li wiehed minhabba l-malizzja mohbija fl-inenzjoni, jezamina b'ghaqal kbir qabel ma jafda.
2. Li l-qaddisin martri fl-okazzjoni tal-martirju taghhom tkellmu divinament ispirati.
3. Li l-kuruna hija mwieghda lil min jibda, izda tinghata li min jispicca tajjeb.
4. Li n-nisrani li ma jimitax lil Kristu ma jistax ikun fil-kwiet u fil-paci.
5. Li xejn u hadd ma jista' jaghmel forza fuq il-volonta' tal-bniedem.
6. Li min ma jidnibx imhabba l-biza' tal-Gustizzja Divina jigglorifika wkoll lil Alla.

EZERCIZZJU
1. Taf inti xejn kemm hija kbira l-ipokresija fil-bniedem il-hazin?
2. X'jidhirlek mill-bewsa ta' Guda i-traditur?
3. Qatt ma ghamiltha inti stess ta' virtuz biex tissodisfa xi vizzju jew debulizza?
4. Osservajt xejn il-proverbju : Tbus id u tixtieqaha maqtugha?
5. Tistudja xejn il-proverbju: Mill-ghedewwa nindokra jiena u mill-hbieb jindukrani Alla?
6. Bi hsiebek tkun hafif biex tafda jew tiftah qalbek minn ulied il-bnedmin?

PROPONIMENT
Nipproponu li ma nhallux irwiehna jinhallu u jdubu bil-hlewwa tal-kliem tan-nies jew bir-rigali jew bit-tifhir, ghax kull min indokra ruhu dejjem deher mehlus mill-inkwiet.