IT-TRADIZZJONI TAX-XJUH
GESU' JITHADDED MAL-FARIZEJ
[Mt:15:1] Mbagħad xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: [Mt:15:2] "Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta' missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu." [Mt:15:3] Ġesù wieġeb u qalilhom: "U intom l-għala tiksru l-kmandamenti ta' Alla minħabba t-tradizzjoni tagħkom? [Mt:15:4] Għax Alla qal, 'Weġġaħ lil missierek u 'l ommok,' u 'min iżeblaħ lil missieru jew 'l ommu, jieħu l-mewt.' [Mt:15:5] Imma intom tgħidu, 'Jekk wieħed jgħid lil missieru jew 'l ommu, 'il-ġid li għandi, li jista' jkun ta' għajnuna għalik, huwa offerta lil Alla,' dak ma jkunx iżjed marbut li jweġġaħ lil missieru.' [Mt:15:6] U hekk iġġibu fix-xejn il-liġi ta' Alla minħabba t-tradizzjoni tagħkom. [Mt:15:7] Uċuħ b'oħra, sewwa ħabbar Isaija fuqkom meta qal,
[Mt:15:8] 'Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini
ġieħ, imma qalbhom hija ′l bogħod minni,
[Mt:15:9] Fiergħa hija l-qima li jagħtuni;
jgħallmu duttrina
li m’hijiex għajr preċetti tal-bniedem .“
X'inhu li jtebba' lill-bniedem
(Mk 7, 14-23)
[Mt:15:10] Mbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: "Isimgħuni u ifhmuni! [Mt:15:11] Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba' lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba' lill-bniedem." [Mt:15:12] Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: "Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?" [Mt:15:13] Iżda hu weġibhom: "Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala mill-għeruq. [Mt:15:14] Ħalluhom: dawk għomja mexxejja ta' l-għomja; jekk agħma jmexxi lil agħma ieħor, it-tnejn jaqgħu ġol-ħofra." [Mt:15:15] Qabeż Pietru u qallu: "Fissirhielna din il-parabbola." [Mt:15:16] Qallu Ġesù: "Intom ukoll għadkom s'issa bla moħħ? [Mt:15:17] Ma tifhmux li kull ma jidħol fil-fomm jibqa' sejjer fl-istonku biex imbagħad jintrema fil-ħofra? [Mt:15:18] Imma dak li joħroġ mill-fomm joħroġ mill-qalb, u dan hu li jtebba' lill-bniedem. [Mt:15:19] Għax mill-qalb joħorġu ħsibijiet ħżiena, qtil, adulterji, żína, serq, xhieda qarrieqa, dagħa. [Mt:15:20] Dawn huma li jtebbgħu lill-bniedem. Imma li wieħed jiekol b'idejh m'humiex maħsula, dan ma jtebbax lill-bniedem."

TAGHLIM MIGBUD
1.Li wiehed mis-sinjali ta' l-ipokresija huwa li titkaza bil-proxxmu
.2. Li l-bniedem interjuri biss jigglorifika lil Alla.
3. Li x-xorti tad-dirigenti, mid-diretturi taghhom.
4. Li ghalxejn jahdmu x-xuftejn jekk il-qalb siekta ma' Alla.
5, Li d-dnub tassew itabba' r-ruh.
6. Li l-opri jikxfu l-ispirtu tal-qalb.

EZERCIZZJU
1. Taf inti xejn li l-bniedem interjuri huwa min ighozz fih l-ispirtu jew is-sentimenti ta' Kristu?
2. Qatt innutajt fuq il-persuna ta' San Gwann i-lBattista l-kwalitajiet imfahhra tieghu minn Kristu rigward id-dezert, l-ilbies, il-kostanza u l-angelicita' tieghu?
3. Taf inti xejn li inti ngannat tahseb li inti spiritwali meta ma tghakkisx il-gula tieghek?
4. Jidhirlek li int bniedem interjuri meta s-silenzju ma tafx fejn joghqod?
5. Tara xejn inti fuqek il-modestja ta' Kristu jew tghix bit-tromba f'halqed u bil- frenez imfettha?
6. Tieqaf xejn inti serjament fuq il-kelma ta' Kristu lis-Samaritana li Alla huwa spirtu u li min jadurah jehtieg li jadurah bl-ispirtu u bilverita?

PROPONIMENT
Nipproponu li b'vera attenzjoni nifhmu li l-bniedem interjuri biss jigglorifika 'l Alla u jahzen tezori li ma jitwemnux u li l-bniedem esterjuri, li hu minghajr dubju dak li ma ghandux intenzjoni retta, jeghreq u jintilef flimkien mal-memorja tieghu fid-daqq u fil-hsejjes tieghu.