18. L-ISPIRTU TA' VITTMA LEJN ALLA
GESU' UBBIDJENTI SAL- MEWT TAS-SALIB.
Ahseb li hadd ma jista' jtemm id-doveri tieghu jekk ma jkollux fih l-ispirtu ta' Kristu. Kristu jghallimna bil-kelma u bl-ezempju biex intemmu t-tlett doveri li kull bniedem ghandu jaghmel fid-dinja. Kristu bhala bniedem huwa kreatura, u bhala kreatura assoggetta ruhu ghat-temmija ta' dawn it-tlett doveri lejn Alla, lejn il-proxxmu u lejh innifsu. Kif gieb ruhu Kristu lejn Alla? Bi spirtu ta' vittma. Infatti huwa biex jaghmel il-volonta' t'Alla, wasal biex halla hajtu fuq is-salib. San Pawl jikteb fuq Kristu illi umilja lilu nnifsu billi sar ubbidjenti sal-mewt u sal- mewt tas-salib. Filippesi 2, 8. Il-gost ta' Kristu hawn biss kien imqieghed li jaghmel dejjem il-volonta' ta' Alla. Infatti qal lil Appotli: "L-ikel tieghi huwa li naghmel il-volonta' ta' dak li baghtni, sabiex intemm l-opra tieghu." Gwanni 4, 34. U darba ohra qal lil Lhud : Dak li baghtni huwa mieghi u ma hallinix wahdi, ghaliex jiena naghmel dejjem il-hwejjeg li jghogbuh." Gwann 8, 29. Kristu ghallimna li biex intemmu d-doveri taghna lejn Alla jehtieg li nichdu kull ma ghandna u lilna nfusna wkoll; li fi kliem iehor jehtieg li nzommu l-volonta' taghna mhix attakkata maghna nfusna u lanqas ma xejn hlief mal-volonta' ta' Alla Luqa9, 23 u kap 14, 33.
Ipproponi li tipperswadi ruhek li ebda sagrificcju ta' din l-hajja m'ghandu paragun mal-glorja li ghada gejja.
Ipproponi li tipperswadi ruhek li ebda sagrificcju ta' din l-hajja m'ghandu paragun mal-glorja li ghada gejja.