IL-MAGHMUDIJA
[Atti:2:37] Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli l-oħra: "L-aħwa, x'għandna nagħmlu aħna?" [Atti:2:38] U Pietru weġibhom: "Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta' Ġesù Kristu għall-maħfra ta' dnubietkom; u intom tirċievu d-don ta' l-Ispirtu s-Santu. [Atti:2:39] Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejjħilhom." [Atti:2:40] U b'ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom billi qalilhom: "Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin." [Atti:2:41] Għalhekk dawk li laqgħu kliemu tgħammdu u dak in-nhar ingħaqdu mad-dixxipli madwar tlitt elef ruħ. [Atti:2:42] U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim ta' l-appostli u fl-għaqda ta' bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.
Il-ħajja ta' l-ewwel dixxipli
[Atti:2:43] Waqa' mbagħad il-biża' fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz ta' l-appostli. [Atti:2:44] Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox bejniethom, [Atti:2:45] ibigħu ġidhom u kull ma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skond il-ħtieġa ta' kull wieħed. [Atti:2:46] U kuljum kienu jmorru fit-tempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja; [Atti:2:47] u kienu jfaħħru lil Alla, u l-poplu kollu kien iġibhom. U minn jum għal ieħor il-Mulej kien iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvi.
TAGHLIM MIGBUD
1. Li l-priedki iqanqlu ghall- indiema.
2. Li mighajr indiema ebda mahfra.
3. Li l-grazzja ta' Alla ma tiddependix mill-bnedmin.
4. Li inutli s-sagramenti tal-mejtin, jekk tonqos l-indiema f'min jircevihom.
5. Li l-biza' tas-Sinjur jixhed fuq il-grazzja t'Alla.
6. Li ma hemmx bniedem spiritwali minghajr l-ezercizzju tal-karita,.

EZERCIZZJU
1. Tifhem inti xejn il-forza tal-kelma ta' l-Appostlu San Pawl li l-fidi mis-smiegh?
2. Wara li tkun smajt priedka ma tarax lilek innifsek izjed dispost ghall-konverzjoni?
3. Taf inti xejn li kliem tajjeb jew hazin iqanqal dejjem il-qalb ghall-oggett li jkun?
4. Qatt smajt inti li b'kelma li qal San Injazju Loyola hareg appostlu kbir ta' Indi, San Frangisk Saverju?
5. Tista' inti tahseb li hawn niesli jaghmliu gid hekk kbir daqs dawn li jghallmu lit-tfal id-duttrina nisranija?
6. Jidhirlek li hu bizzjeed li inti tisma' minghajr ma tirrifletti?

PROPONIMENT
Nipproponu li nistiednu ghas-smigh tal-kelma t'Alla lil dawk li rridu maghhom naghmlu veru gid spiritwali.