FIL-MEWT IL-GUDIZZJU FUQ IL-LIGI T'ALLA
Ahseb li malli tmut inti tkun iggudikat fuq il-ligi t'Alla, jigifieri fuq jekk habbejtx lil Alla b'qalbek kollha u l-proxxmu tieghek bhalek innifsek. Immela l-felicita' eterna tieghek jew it-telfien ta' dejjem tieghek jiddependi mill-istima jew mid-disprezz li inti tkun ghamilt tal-ligi t'Alla. Xejn ma ghandu jkun ghalik hekk ghaziz daqs il-ligi t'Alla li fiha l-vera hajja. Immela qis li xejn ma ghandu jfixklek fl-osservanza ezatta u shiha taghha; xejn u lanqas hajtek stess. U billi hadd ma jista' josserva l-ligi t'Alla minghajr tghakkis bla ma jaqta', ghalhekk tghakkes f'kull aptit tieghek tas-sensi, tal-vanaglorja, tal-gibda lejn il-ghana u ghall-vendetti billi tiftakar li dawn huma vanita', huma duhhan li jidher ghal ftit; izda l-ligi t'Alla taghmlek hieni mhux biss f'din id-dinja billi taghtik il-vera paci tal-qalb, izda taghmlek zgur ghall-jum tal-qilla u tqieghdek fir-renju ta' l-hena ta' dejjem. Wiehed ma jghozzx il-ligi t'Alla ghax ma jkunx gharaf il-pregju taghha li din iggiblu bi hlas lill Alla stess, u f'mewtu tehilsu mill-qilla tal-gudizzju divin.
Ipproponi li f'kollox qabel taghmel jew thalli xi ghemil tghid: " Ghad jiggudikani s-Sinjur Alla tieghi."
Ipproponi li f'kollox qabel taghmel jew thalli xi ghemil tghid: " Ghad jiggudikani s-Sinjur Alla tieghi."