13. IS-SALVAZZJONI HIJA L-UNIKU NEGOZJU
IS-SALVAZZJONI GHANDHA TKUN IL-PRIORITA' TIEGHI
Ahseb li jekk wiehed ma jsalvax, jintilef u jekk ma jintilifx, isalva. Din hija gustizzja ta' Alla. Titlef ruhek, ma ssalvax ruhek, min jifhem dina d-disgrazzja hekk kbira u ma jitrieghedx quddiem il-periklu! Tmut darba biss ifisser, jekk tmut bi dnub mejjet wiehed, ma tkunx tista' tigi fid-dinja biex tindem u tqerr. Ir-rovina tieghek ta' dejjem ma jista' ikollha rimedju qatt izjed. Dan hu l-uniku u l-aqwa negozju li wiehed ghandu jaghmel fid-dinja, jigifieri li jahdem is-salvazzjoni ta' ruhu, u li jifimha tajjeb li kull xoghol, kull tbatija huwa dejjem ftit ghall-akkwist ta' dan il-pass, ta' dan il-fini. Titlef tuhek ifisser titlef kollox kif jghid Kristu fil-lok tat-turmenti. Luqa 16, 28. Kemm mietu nies. X'inhuma qeghdin jghidu issa? Xi swielhom li vvendikaw ruhhom, li serqu, li ssudifaw lis-sensi taghhom hazin u x-xewqat hziena taghhom, li ma tawx karita' li gawdew l-glorja u l-unuri tad-dinja, li kellhom hafna flus, li f'kelma wahda ghamlu li riedu biex jissodisfaw qalbhom u li ma riedux imeru lil qalbhom? Issa l-verita' eterna titkellem fuq is-salvazzjoni tar-ruh: Xjiswielu l-bniedem li jaqla d-dinja kollha u mbaghad jitlef ruhu? Luqa 9, 25
Ipproponu li bil-biza u t-treghid thabrek biex tahdem is-salvazzjoni ta' ruhek, ghalhekk ghadek mintix mehlus.
Ipproponu li bil-biza u t-treghid thabrek biex tahdem is-salvazzjoni ta' ruhek, ghalhekk ghadek mintix mehlus.