L-GHAZEL TAL-HUT
[Mt:13:44] "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f'għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.”
Il-parabbola tal-ġawhra
[Mt:13:45] "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; [Mt:13:46] meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.”
Il-parabbola tax-xibka
[Mt:13:47] "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. [Mt:13:48] Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. [Mt:13:49] Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, [Mt:13:50] u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.
Il-qadim u l-ġdid
[Mt:13:51] "Kollu fhimtuh dan?" "Iva" qalulu. [Mt:13:52] U hu qalilhom: "Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim."
[Mt:13:53] Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm [Mt:13:54] u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: "Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta' l-għaġeb? [Mt:13:55] Dan m'huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m'hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? [Mt:13:56] U ħutu l-bniet m'humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?" [Mt:13:57] U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: "Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f'pajjiżu u daru stess." [Mt:13:58] U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta' fidi tagħhom.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li biex il-bniedem minn naha tieghu jassigura l-Genna jinza' kull tfixkil.
2. Li l-Maghmudija taghmel karattru li ma jmur qatt mir-ruh.
3. Li mhux kulhad iservi 'l Alla bl-istess kwalita' ta' servizz.
4. Li fil-knisja jinsabu mhux biss il-predestinati ghall-glorja, izda l-hziena wkoll.
5. Li hija prudenza kbira li t-tajjeb ma jaghmilhiex mal-hziena.
6. Li l-udizzju universali jsir meta jimtlew il-lokijiet tal-Genna bil-predestinati ghall-glorja kif hemm fl-Apokalissi VI II

EZERCIZZJU
1. Rikonoxxenti inti lejn Alla li sjjahlek ghall-fidi?
2. Tahseb inti li bizzejjed hu li temmen u ma toprax il-gid?
3. Tinkuraggixxi xejn ruhek ghall-pacenzja fuq il-hsieb tal-gudizzju universali?
4. Bil-mod li qed thgix tittama inti li tkun imqieghed fil-kavetti t'Alla?
5. Taf inti xejn li l-karita tikxef id-differenza bejn hut tajjeb u hut hazin?
6. Tosserva inti xejn fuq il-martirju fil-hajja ta' nisrani tajjeb li jehtieglu jghix mal-hziena?

PROPONIMENT
Nipproponu li f'kollox nghozzu l-moderazzjoni bi gwerra tas-sahha eterna fl-ezercizzju tal-Karita', nafu li dejjem izjed kull mument nitressqu lejn dak il-jum kbir u terribbli tal-Gudizzju.