14. ID-DNUB HUWA DISPREZZ LIL ALLA
ID-DNUB: DISPREZZ TAL-LIGI T'ALLA
Ahseb li d-dnub huwa disprezz tal-volonta' t'Alla: il-Kreatur jikkmanda u l-kreatura tghidlu: " Ma nservikx." Din hija kruha l-aktar kbira, li min jaghmilha ma jkunx gharaf lil Alla. Ghalhekk Gesu' Kristu qal li din hija l-hajja eterna li wiehed jaghraf lil Alla u lilu nnifsu, jigifieri l-istess Gesu' Kristu, ghax min jaghraf lil Alla ma jidnibx. Id-dnub il-mejjet kieku kienet haga tista' tkun, jeqred lil Alla, ghax Alla tant jobghod id-dnub daqs kemm ihobb lilu nnifsu. Immela min jaghmel id-dnub irid jaghmel deni lil Alla. U xi nghidu fuq id-deni li jaghmel lilu nnifsu l-bniedem bid-dnub il-mejjet? Id-dnub il-mejjet itellef kemm merti jkun ghamel il-bniedem quddiem Alla. Sakemm il-bniedem ikun ghadu fl-istat tad-dnub il-mejjet ma jista qatt jimmerita ghall-opri tajba li huwa jaghmel; jekk tigi l-mewt u dina ssib lill bniedem fl-istat tad-dnub il-mejjet minghajr ebda dubju dan il-bniedem isib ruhu fit-telfien ta' dejjem. Id-dnub il-mejjet ibieghed il-vera paci mill-qalb u jikkaguna hafna hsarat anki temporali, jew ihassar is-sahha tal-gisem, jew itellef il-fama u jgib inkwiet u miserji ohra u xi drabi jsir minghajr ma jhalli ebda rimedju ghat-tiswija tal-hsarat kbar li jkun gab.
Ipproponi li tipperswadi ruhek li d-dnub wahdu huwa l-uniku ghadu tieghek.
Ipproponi li tipperswadi ruhek li d-dnub wahdu huwa l-uniku ghadu tieghek.