PIETRU U L-MAGHTUB
[Atti:3:1] Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn it-tempju għat-talb tat-tlieta ta' wara nofsinhar. [Atti:3:2] U xi wħud kienu qegħdin iġorru raġel magħtub minn twelidu, li kienu jqegħduh kuljum ħdejn il-bieb tat-tempju, li jgħidulu s-Sabiħ, biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju. [Atti:3:3] Xħin ra lil Pietru u 'l Ġwanni deħlin fit-tempju talabhom il-karità. [Atti:3:4] Pietru, flimkien ma' Ġwanni, tefa' għajnejh fuqu u qallu: "Ħares lejna." [Atti:3:5] Dak baqa' jħares lejhom, jistenna li se jaqla' xi ħaġa minn għandhom. [Atti:3:6] Imma Pietru qallu: "Fidda u deheb ma għandix; imma dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta' Ġesù Kristu ta' Nazaret, imxi!" [Atti:3:7] U qabdu minn idu l-leminija u qajjmu. Minnufih riġlejh u l-għekiesi tiegħu ħadu saħħithom; [Atti:3:8] u malajr qabeż fuq riġlejh u beda jimxi. U daħal magħhom fit-tempju, jimxi u jaqbeż bil-ferħ u jfaħħar lil Alla. [Atti:3:9] Il-poplu kollu rah miexi u jfaħħar lil Alla; [Atti:3:10] għarfu li hu kien l-istess wieħed li soltu kien jitlob il-karità ħdejn il-Bieb is-Sabiħ tat-tempju. U baqgħu mistagħġba u miblugħa b'dak li ġralu.
Id-diskors ta' Pietru ħdejn il-portiku ta' Salamun
[Atti:3:11] Waqt li hu kien imqabbad ma' Pietru u Ġwanni, in-nies, mistagħġba għall-aħħar, ġrew ilkoll flimkien lejhom ħdejn il-portiku li jgħidulu ta' Salamun. [Atti:3:12] Pietru, kif rahom qalilhom: "Nies ta' Iżrael, x'intom tistagħġbu b'dan? Jew x'intom tħarsu lejna, qisna konna aħna li b'ħilitna jew bit-tjieba tagħna għamilna lil dan ir-raġel jimxi? [Atti:3:13] Alla ta' Abraham, Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb, Alla ta' missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu. [Atti:3:14] Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta' wieħed qattiel [Atti:3:15] u qtiltu lill-Awtur tal-ħajja. Imma Alla qajjmu mill-imwiet, u ta' dan aħna xhieda. [Atti:3:16] Kien bl-isem ta' Ġesù, u permezz tal-fidi f'dan l-isem, li dan ir-raġel, li intom tafuh u qegħdin tarawh, ħa saħħtu; hija l-fidi fih li tatu saħħtu għal kollox quddiemkom ilkoll. [Atti:3:17] Issa, ħuti, jiena naf li kemm intom u kemm il-kapijiet tagħkom, għamiltu dan għaliex ma kontux tafu. [Atti:3:18] Imma b'hekk Alla temm dak li hu kien ħabbar sa minn qabel b'fomm il-profeti, jiġifieri, li l-Messija tiegħu kellu jbati. [Atti:3:19] Indmu, mela, u erġgħu lura minn dnubietkom biex jinħafrulkom. [Atti:3:20] Hekk jiġu żminijiet ta' mistrieħ mingħand il-Mulej, u hu jibagħtilkom il-Messija li għażlilkom, li hu Ġesù, li għalissa [Atti:3:21] għandu jibqa' fis-sema sa ma jseħħ it-tiġdid kollu li fl-imgħoddi semma Alla b'fomm il-profeti qaddisa tiegħu. [Atti:3:22] Mosè wkoll qal, 'Il-Mulej Alla tagħna jqajjmilkom profeta bħali minn fost ħutkom; lilu isimgħu f'kull ma jgħidilkom. [Atti:3:23] U jiġri li kull min ma jismax minn dan il-profeta jinqered minn qalb il-poplu.' [Atti:3:24] U l-profeti kollha, ibda minn Samwel u dawk li ġew warajh, ilkoll tkellmu u ħabbru dawn il-jiem. [Atti:3:25] Intom ulied il-profeti u werrieta tal-Patt li Alla għamel ma' missirijietkom meta qal lil Abraham, 'F'nislek jitbierku l-ġnus kollha ta' l-art.' [Atti:3:26] Kien għalikom l-ewwel li Alla qajjem il-Qaddej tiegħu u bagħtu jberikkom, billi kull wieħed minnkom jerġa' lura minn ħżunitu."

TAGHLIM MIGBUD
1. Li jaghti elemosni min irid ikun iktar esawdit fl-orazzjonijiet.
2. Li ghall-fidili l-isem ta' Gesu' huwa virtu'.
3. Li miraklu hu specjalment intis ghallpfidi.
4. Li fi Kristu hemm zewg naturi divina u umana u persuna wahda divina.
5. Li ghandu lil Alla min ma ghandu xejn
6. Li min ma jobghodx il-hazen m'ghandux sinjal tal-barka t'Alla.

EZERCIZZJU
1. Jidhirlek li ma jinsabx f'Alla li halaq kollox dak li jinsab fil-kreaturi tieghu perfett u tajjeb?
2. Tista' inti tammetti li x-xejn jaghmel xi haga meta inti li inti xi haga mix-xejn ma taghmel xejn?
3. Tistudja inti xejn lil Alla fuqek innifsek li inti mahluq ghax xbiha tieghu?
4. Tista inti tiddubita li Alla jippremja t-tajbin u jikkastiga lill-hziena x'hin inti stess m'intix kapaci tapprova denja ta' premju azzjoni hazina.?
5. Tilmah inti xejn il-providenza t'Alla x'hin tara l-kura ta' missier lejn uliedu?
6. Il-kreaturi huma oggett finali ghalik jew sellum li jtellghuk fil-Kreatur?

PROPONIMENT
Nipproponu li ma naljenzwx ruhna minn Alla akkawza tal-kreaturi izda naghmlu il-kreaturi kawza li ressaqna lejn Alla.