L-IMHABBA T'ALLA LEJN IL-BNEDMIN
Ahseb li Alla hekk habb il-bniedem li jekk irid ihobbhom izjed donnu qieghed il-limiti ghal omnipotenza tieghu, donnu ma jistax ihobbhom izjed. Infatti x'jista jaghmel izjed fl-imhabba tieghu lejna , x'hin huwa tana lil Ibnu stess, l-ghaxqa tieghu, b'vittma ghas-sahha eterna taghna.? Kull gid li ghandu l-bniedem tahulu Alla minghajr ebda mertu tieghu, ghax il-bniedem huwa kreatura u minghajr ebda necessita', ghax Alla huwa ndipendenti asolutament. Alla ghal tjubitu biss halaq il-bniedem, u qieghdu fil-hbiberija tieghu, tah hafna doni naturali u soprannaturali; imma flok ma l-bnieem irringrazzjah, b'att ta' ingratitudni offendih gravament u b'hekk tilef kull gid li kien gej mill-hbiberija ta' Alla u waqa' fil-mizerji, ilsir tad-dnub u vittma tal-mewt. Il-Gustizzja ta' Alla riedet is-sodisfazzjon assolutament jew permezz ta' kastigi eterni jew permezz tat-tpattija. Hadd u xejn mhuwa kapaci li jsewwi offiza divina hlief vittma ta'mertu nfinit. Ara l-imhabba x'gieghlet lil Alla jaghmel ! Baghat l-Ibnu unigenitu tieghu fid-dinja biex bil-mewt tieghu jhallas il-gustizzja t'Alla ghad-dnubiet tal-bnedmin kollha, u b'hekk jimmeritalhom il-grazzja divina u jehles mill-qilla tal-korla li ghada gejja lil dawk li jilqghuh u jhobbuh.
Ipproponi li tirringrazzja dejjem u kullimkien lil Alla l-Imbierek billi thares bil-fedelta' kollhal-ligi divina tieghu.
Ipproponi li tirringrazzja dejjem u kullimkien lil Alla l-Imbierek billi thares bil-fedelta' kollhal-ligi divina tieghu.