GONA U SALAMUN
GESU' JITHADDED MAL-FARIZEJ
[Mt:12:36] U ngħidilkom li l-bnedmin f'jum il-ħaqq għad iridu jagħtu kont ta' kull kelma fiergħa li jkunu qalu, [Mt:12:37] għax minn kliemek tkun iġġustifikat, u minn kliemek tkun ikkundannat."
[Mt:12:38] Mbagħad xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: "Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!", [Mt:12:39] Iżda hu weġibhom: "Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. [Mt:12:40] Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f'żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta' l-art. [Mt:12:41] F'jum il-ħaqq, in-nies ta' Ninwè għad iqumu kontra dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta' Ġona; u araw hawn minn hu aqwa minn Ġona hawnhekk! [Mt:12:42] F'jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel u tikkundannah, għax hi ġiet mit-truf ta' l-art biex tisma' l-għerf ta' Salamun; u araw hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk!
TAGHLIM MIGBUD
1. Li jidneb dejjem min jopra minghajr fini sufficjenti.
2. Li fil-mewt kull wiehed jiehu premju jew kastig mill-opri tieghu stess.
3. Li ntant wiehed jidneb ghaliex mhux perswaz fuq il-verita'
4. Li r-rizurrezzjoni ta' Kristu mill-mewt hija fundament tal-fidi.
5. Li canfir jistennew il-midimbin ghall-iskuzi taghhom.
6. Li fil-gudizzju jsib konfuzzjoni min ma fittix taghlim ta' l-evangelju u min m'ghamilx penitenza.

EZERCIZZJU
1.Jidhirlek li bniedem jopra minghajr fini?
2. Tahseb inti li l-opri huma kollha xorta u ma hemm ebda ghazla bejn opri tajba, hziena u ndifferenti?
3. Tista' inti tammetti li bniedem jopra ghemil indifferenti meta qatt ma jopra minghajr fini?
4. Tiggudika li hu fini sufficjenti meta dana huwa inutli, fieragh u bla bzonn?
5. Tammetti intili hu fini sufficjenti meta s-suggett jifhem biss id-delettazzjoni wahedha?
6. Ma tarahiex inti bi kbira li Alla jqieghed taht il-gudizzju divin u serju tieghu azzjoni azjuza?

PROPONIMENT
Nipproponu li qabel ma nopraw niggudikaw kif nistghu kull hsieb, kull kelma, kull ghemil taghna fuq il-fini u c-cirkustanzi, perswazi li ghad ikollna l-gudizzju taghhom minn Alla li essenzjalment jippremja t-tajbi u jikkastiga l-hziena.