IL-PENTEKOSTE
[Atti:2:1] Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f'post wieħed. [Atti:2:2] F'daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta' riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. [Atti:2:3] U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. [Atti:2:4] Mtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b'ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.
[Atti:2:5] F'Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt is-sema. [Atti:2:6] Malli nstama' dan il-ħoss, nġabret kotra kbira, lkoll imħawwdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu: [Atti:2:7] Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu: "Dawn li qegħdin jitkellmu m'humiex ilkoll mill-Galilija? [Atti:2:8] Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu? [Atti:2:9] Partin, Medin u Għelamin, nies mill-Mesopotamja, mil-Lhudija, mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja, [Atti:2:10] mill-Friġja, mill-Pamfilja, mill-Eġittu, mill-inħawi tal-Libja madwar Ċireni, nies li ġew minn Ruma, [Atti:2:11] kemm Lhud u kemm prosèliti, oħrajn minn Kreta u Għarab, aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-għeġubijiet ta' Alla!" [Atti:2:12] U lkoll, mitlufa bl-għaġeb, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: "Dan xi jkun?" [Atti:2:13] Oħrajn bdew jiddieħku u jgħidu: "Dawn xorbu l-inbid ġdid!"
Id-diskors ta' Pietru f'Għid il-Ħamsin
[Atti:2:14] Imma Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b'leħen għoli: "Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f'Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x'se ngħidilkom jien. [Atti:2:15] Le, dawn m'humiex fis-sakra, kif qegħdin taħsbu intom; għax għadhom id-disgħa ta' filgħodu. [Atti:2:16] Imma dan m'hux ħlief dak li ntqal permezz tal-profeta Ġoel :
[Atti:2:17] 'U jiġri fl-aħħar jiem, jgħid Alla,
li jiena msawwab mill-Ispirtu tiegħi fuq kull bniedem ;
u jħabbru wliedkom, subjien u bniet,
u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw dehriet,
u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolmiet;
[Atti:2:18] u wkoll fuq il-qaddejja tiegħi, rġiel u nisa,
nsawwab f’dawk il-jiem mill-Ispirtu tiegħi,
u jħabbru.
[Atti:2:19] U jien nagħmel għeġubijiet fl-għoli tas- smewwiet,
u sinjali isfel fl-art :
demm u nar u dħaħen kbar.
[Atti:2:20] Ix-xemx tinbidel fi dlam,
u l-qamar f’demm,
qabel ma jasal jum il-Mulej,
jum kbir u glorjuż.
[Atti:2:21] U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv.'
[Atti:2:22] "Poplu ta' Iżrael, isimgħu dan li se ngħidilkom. Ġesù ta' Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli u l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom, kif intom stess tafu. [Atti:2:23] Lil dan Ġesù, Alla telaqhulkom f'idejkom skond l-għerf u l-pjan li fassal minn qabel, u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta' nies ħżiena; [Atti:2:24] imma Alla qajjmu mill-imwiet billi ħall l-irbit tal-mewt, għaliex ma setax ikun li l-mewt iżżommu taħt is-setgħa tagħha. [Atti:2:25] Għax David jgħid fuqu,
‘Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi,
għax hu fuq il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.
[Atti:2:26] Għalhekk ferħet qalbi
u mtela bl-hena lsieni ;
u ġismi wkoll jistrieħ fit-tama,
[Atti:2:27] għax inti ma titlaqx fl-imwiet lil ruħi,
u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.
[Atti:2:28] Inti għarraftni t-triq tal-ħajja,
timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek.’
[Atti:2:29] "Ħuti, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq il-patrijarka David; hu miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sa llum stess. [Atti:2:30] Issa hu kien profeta, u kien jaf li Alla ħaliflu b'ġurament li kellu jqiegħed fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn nislu. [Atti:2:31] David ra minn qabel u ħabbar il-qawmien tal-Messija, u qal,
‘La kien mitluq fl-imwiet
u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.’
[Atti:2:32] Lil dan Ġesù, Alla qajjmu mill-imwiet, u ta' dan aħna lkoll xhieda. [Atti:2:33] Għalhekk, issa li Alla għollieh bil-leminija tiegħu, huwa rċieva mingħand il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed, u sawwbu fuqna, kif qegħdin taraw u tisimgħu [Atti:2:34] David ma telax fis-smewwiet, iżda hu nnifsu jgħid,
‘Il-Mulej qal lil Sidi :
Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
[Atti:2:35] sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’
[Atti:2:36] Mela ħa jkun jaf fiż-żgur il-poplu kollu ta' Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija."

TAGHLIM MIGBUD
1. Li moviment straordinarju minnnaha t'Alla jigi ghal gharrieda
2. Li, kif sigra tintgharafmill-frott, hekk l-ispietu mill-effeti relattivi tieghu.
3. Li kull approvazzjoni t'Alla fuq sinjali sodi u serji.
4. Li abbiss bla qieigh il-hsibijiet t'Alla fil-gvern tieghu.
5. Li kull domma tal-fidi titwaqqaf ferma fuq ir-Rizurrezzjoni ta' Kristu.
6. Li Ispirtu Santu jipprocedi mill-Missier u mill-Iben.

EZERCIZZJU
1. Tara fik sinjal li aktarx inti tempju ta' l-Ispirtu Santu?
2. Tista' inti bl-Ispirtu Santu thobb id-dinja li ma tistax tircevih?
3. Taf inti li kull frott ta' l-ispirtu huwa kontra kull frott tal-laham?
4. Issejjah inti xejn fl-ghemejjel tieghek l-Ispirtu Santu biex jaghtik id-dawl biex ittemmhom?
5. X''xhud taghtik il-kuxjenza fuq it-tanqil ta' l-opri tieghek?
6. Tista inti tigglorifika lil Allan b'ghemilek jekk ma intix tempju ta' lIspirtu Santu?

PROPONIMENT
Nipproponu li f'dan il-bahar ta' dlamijiet u ta' tahwid, inghozzu vera devozzjoni lejn l-Ispirtu Santu, li bih kien mimli fostna s-Sinjur taghna Gesu' Kristu li ddisapprova rigorozament kulma tapprova d-dinja.