19. L-ISPIRTU TAL-KARITA' LEJN IL-PROXXMU.
Ahseb kif gieb ruhu Kristu mal-proxxmu tieghu jigifieri mal-bnedmin u ara jekk setghax ihobbhom izjed milli habbhom, x'hin halla hajtu fuq salib biex jehlishom mill-fjammi ta' dejjem. Kristu, veru Alla u veru bniedem, imghallem u mhallef tal-bnedmin kollha qal: " Dan hu l-kmandament tieghi, li intom thobbu wiehed lil iehor kif jien habbejtkom." Ev Gwann 15, 12. U huwa diga qalilna li fil-jum tal-gudizzju universali sejjer izomm b'materja dan l-istess kmandament tieghu, u li solennement sejjer ibierek lil dawk li jkun temmewh u li sejjer jishet lil dawk li ma jkunux temmewh. Matt 25, 34 - 36. Iva Gesu' Kristu gab ruhu mal-proxxmu bi spirtu ta' vera' karita', kif tixhed l-istess hajja tieghu, f'kollox ordinata ghall-glorja t'Alla u ghas-sahha taghna bnedmin. Biex jaghti l-paci lill-bnedmin, kemm sagrificcji biex ighallimhom, kemm farag kien jaghtihom bl-ezercizzju tal-karita' ta' qalbu, kemm sostna tbatijiet imhabba fil-bnedmin! Gesu' Kristu ghall-karita' tieghu nizel mis-sema mhabba fina bnedmin, u mhabba s-sahha eterna taghna. Il-karita' li huwa kkmandalna jridna li maghmluha ma' kulhadd, jigifieri ma' l-ghedewwa ukoll, u jridha disinteressata fina, jigifieri li nistennew biss minn Alla l-hlas taghha, u li jridha sinciera fina, jigifieri mhux bil-kliem, izda bl-opri u bil-verita' u minn qalbna.
Ipproponi li zzomm f'sidrek qalb tal-laham ghall-proxxmu, jekk trid issib il-hniena ta' Alla fil-hajja u fil-mewt.
Ipproponi li zzomm f'sidrek qalb tal-laham ghall-proxxmu, jekk trid issib il-hniena ta' Alla fil-hajja u fil-mewt.