THEDDID
[Mt:11:20] Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: [Mt:11:21] "Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta' l-ixkejjer u l-irmied. [Mt:11:22] Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. [Mt:11:23] U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħnett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru f'Sodoma, kieku għadha wieqfa sa llum. [Mt:11:24] Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall-art ta' Sodoma milli għalik."
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.
[Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."

TAGHLIM MIGBUD
1. Li l-effett tal-fidi hija l-penitenza.
2. Li aktar gravi d-dnub ta' dak li hu iktar imdawwal.
3. Li l-gherf tas-sema ma jidholx f'qalb supperva.
4. Li Alla jaghti l-grazzja sufficjenti anki lill-midimbin kbar.
5. Li bis-sentimenti tad-dinja qatt ma hemm paci.
6. Li l-ligi hija pjacevoli mhabba l-ghajnuna divina.

EZERCIZZJU
1. Inti tistqarr li temmen bix-xoffa biss jew bil-qalb ukoll?
2. Qatt garrabt il-hruq tan-nar kemm huwa ahrax?
3. Taf inti xejn li kull dnub jigi ppurifikat jew imhallas jew bil-penitenza jew bin-nar?
4. Tista' inti ma tarax cajta l-pacenzja ta' hawn fejn dik tad-dinja l-ohra?
5. Tipperswadi ruhek li tassew jemmen min jistenna l-mewt minn mument ghall-iehor u jsostni d-dnub?
6. Ma thossx inti li min jemmen jassocja ruhu mal-penitenza specjalment fis-sawm u fil-hniena mal-proxxmu?

PROPONIMENT
Nipproponu li nidhlu fina nfusna u nikkonsidraw bis-serjeta fuq il-hajja taghna jekk hix skond il-veritajiet li tghallimna l-Knisja Mqaddsa.