F'JUM IS-SIBT
GESU' JGHID LIR-RAGEL: "MIDD IDEK."
[Mt:12:9] Telaq minn hemm u baqa' sejjer fis-sinagoga tagħhom. [Mt:12:10] U hemmhekk kien hemm raġel li kellu idu niexfa. Huma, biex ikollhom fuqiex jixluh, staqsewh: "Jiswa li wieħed ifejjaq nhar ta' Sibt?" [Mt:12:11] Iżda hu qalilhom: "Min minnkom ikollu nagħġa u taqagħlu f'ħofra s-Sibt, ma jmurx jaqbad u jtellagħha? [Mt:12:12] Imma kemm jiswa bniedem aktar minn nagħġa? Mela jiswa nhar ta' Sibt tagħmel il-ġid." [Mt:12:13] Mbagħad qal lir-raġel: 'Midd idek.' Dak medd idu, u reġgħet ġietu qawwija u sħiħa bħall-oħra. [Mt:12:14] U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh.
[Mt:12:15] Ġesù sar jaf b'dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, [Mt:12:16] u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, [Mt:12:17] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,
[Mt:12:18] 'Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,
l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet!
Jien nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu
u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.
[Mt:12:19] Ma jiksirha ma' ħadd, ma jgħollix leħnu
u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez.
[Mt:12:20] Qasba mġelġla ma jiksirhiex,
u musbieħ inemnem ma jitfihx,
sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa,
[Mt:12:21] u f'ismu jittamaw il-ġnus.'

TAGHLIM MIGBUD
1. Li l-hzunija tal-bnedmin iggaghlek tifah seba' ghajnejn fuq kliemhom.
2. Li n-natura tikxwf il-kura kbira ta' Alla lejn il-kreaturi tieghu.
3. Li wiehed ma joqghodx taht halq l-ghadu tieghu.
4. Li min ifittex il-glroja tad-dinja ma joghgobx 'l Alla.
5. Li Alla jaghti l-ispirtu tieghu lil min ihobbu.
6. Li l-ispirtu t'Alla hu spirtu helu, ta' paci u ta' vera manswetudni.

EZERCIZZJU
1. Jidhirlek li tisfa' ahjar meta' taghmilha man-nies?
2.Tahseb inti li anke hbiebek ma jiznux kull kelma li inti tghid?
3. Tahseb inti li anke hbiebek ma jiznux kull kelma li inti thgid biex inti tiftah qalbek aktar maghhom?
4. Tista' inti ma tindukrax ruhek anki minn hbiebek meta tara t-tradimenti permezz tal-hbieb?
5. Tiggudika inti li jitkellem tajjeb fuqek, min mieghekjitkellem hazin fuq haddiehor?
6. Bl-esperjenza tieghek, tikkonkludi xejn li kieku l-kliem kien gawhar, is-skiet ahjar minnu?

PROPONIMENT
Nipproponu li mhabba l-qosor kbir ta' l-intellet taghna, illi nzommu ruhna fi kliem ftit u meqjus ma' kulhadd anke ma dawk li jidhru f'ghajnejna fidili maghna biex ma jkollniex nindmu wara.