20 SPIRTU TA' UMILJAZZJONI.
GESU' JAHSEL SAQAJN L-APPOSTLI
Ahseb kif Gesu' Kristu, l-imghallem wiehed tal-bnedmin kollha gieb ruhu lejn innifsu. Sa mid-dhul tieghu fid-dinja ddisprezza kull ma d-dinja ssib biex tissuppervja. Infatti tefa' taht saqajh il-glorja, l-unuri u l-istimi taghha, il-flus u l-ghana taghha u kull xorta tas-sudisfazzjon tas-sensi fil-pjaciri taghha u thaddan mas-salib, ma' l-umiljazzjonijiet u l-faqar. Ir-re tal-glorja gie fid-dinja biex jaghmilha ta' seftur. U hu car u tond qal fuqu nnifsu li ma kienx gie biex ikun servut izda biex iservi u biex ihalli hajtu b'fidwa ghall-bnedmin. Hadd, ebda bniedem, jghid San Geraldu Majella, ma jista' jghid li umilja ruhu ghax il-bniedem fih innifsu ma huwa xejn; dan Kristu wahdu jista' jghid li umilja lilu nnifsu, ghax ghogbu jidher fostna l-bnedmin u jithallat maghna fin-natura taghna barra mid-dnub. Kemm hija tassew kbira l-umilta' ta' Kristu li ghax ried hu gie maghdud max-xellerati fuq is-salib f'bahar ta' disprezzi! Mhux veru li fik hemm l-ispirtu ta' Kristu jekk inti tahseb li inti xi haga, meta ma inti xejn. U waqt il-prova inti tista' tarax'tahseb fuqek innifsek. Min jahseb li ma huwa xejn u li huwa mizerja, ma jgergirx, lanqas juri ruhu, lanqas jispacenzja ruhu.
Ipproponi li ssallab lilek innifsek, jekk inti trid tassew tghix bl-ispirtu ta'Kristu li fih il-vera paci tal-qalb.
Ipproponi li ssallab lilek innifsek, jekk inti trid tassew tghix bl-ispirtu ta'Kristu li fih il-vera paci tal-qalb.