L-GHAZLA TA' MATTIJA
[Atti:1:15] F'dawk il-jiem, Pietru qam f'nofs il-ġemgħa ta' l-aħwa, li kienu b'kollox madwar mija u għoxrin ruħ, u qalilhom: [Atti:1:16] "Ħuti, jeħtieġ li sseħħ l-Iskrittura, dak li l-Ispirtu s-Santu ħabbar b'fomm David fuq Ġuda, li kien il-mexxej ta' dawk li qabdu lil Ġesù. [Atti:1:17] Għax hu kien wieħed minna u kellu sehmu f'dan il-ministeru tagħna. [Atti:1:18] Issa dan Ġuda kien xtara għalqa bil-qligħ inġust tiegħu; u hemm waqa' għal rasu, nqasam minn nofsu u ħarġulu msarnu kollha. [Atti:1:19] In-nies kollha ta' Ġerusalemm saru jafu b'dan, u bdew isejjħu lil dik l-għalqa bl-ilsien tagħhom Ħakeldama, jiġifieri l-għalqa tad-demm. [Atti:1:20] Hemm miktub fil-Ktieb tas-Salmi,
‘Issir ħerba d-dar tiegħu,
u ma jkun hemm ħadd li jgħammar fiha;
u ħaddieħor jeħodlu xogħlu.’
[Atti:1:21] Jeħtieġ għalhekk li jingħażel wieħed minn dawk li ssieħbu magħna tul iż-żmien kollu li l-Mulej Ġesù kien dieħel u ħiereġ magħna, [Atti:1:22] ibda mill-magħmudija ta' Ġwanni sa dak in-nhar li kien meħud minn magħna, u jkun flimkien magħna xhud tal-qawmien tiegħu mill-imwiet." [Atti:1:23] Mbagħad ressqu tnejn, Ġużeppi msejjaħ Barsaba, li jgħidulu wkoll Ġustu, u Mattija. [Atti:1:24] U talbu hekk: "Mulej, int li tagħraf il-qalb ta' kulħadd, uri liema minn dawn it-tnejn int għażilt[Atti:1:25] biex jieħu l-post ta' dan il-ministeru u l-appostolat li minnu telaq Ġuda biex imur fejn kien jistħoqqlu." [Atti:1:26] Mbagħad tefgħu x-xorti, li waqgħet fuq Mattija, u dan issieħeb mal-ħdax-il appostlu.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li l-bniedem jara l-estern u Alla jasra wkoll l-intern.
2. Li x-xorti tintefa' fil-hdan u mis-Sinjur tigi regolata.
3. Li d-dnub itellef il-vokazzjonijet.
4. Li, fl-elezzjonijiet, il-kwalitajiet relativi ghandhom ikunu imfittxijin.
5. Li l-agografi huma strumenti u mhux awturi ta' l-iskrittura.
6. Li l-hlas tad-dnub huma d-disgrazzji u l-flagelli.
EZERCIZZJU
1. Qatt inti rriflettejt fuq l-effet tad-dnub?
2. Innutajt inti xejn li d-dnub jaghti okazzjoni lil Alla biex jezercita l-Hniena tieghu?
3. Innutajt inti xejn li d-dnub jkaghti okazzjoni lil Alla biex jezercita l-Guztizzja tieghu?
4. Taf inti xejn li kull ghawg, kull mard, u kull xorta ta' mewt huma frottijiet tad-dnub?
5. Taccetta inti f'darek 'l min taf li zgur li sejjer jaghmillek telfien ta' gid temporali u spiritwali?
6. Jidhirlek li ma ghandek tibza' minn Alla x'hin il-gustizzja tieghu sallbet lilKristu vittma?

PROPONIMENT
Nipproponu li ma nitqarrqux billi nieqfu biss fuq il-hsieb tal-hniena t'Alla billi nafu tajjeb li oggett ta' din il-hniena huma dawk li jibzghu minnu.