GHANDNA NILMHU L-VOLONTA' T'ALLA F'KOLLOX
Ahseb li kull ma jigi fuqek sija ta' gid kemm ta' deni, dan qatt ma jkun gie addocc, imma dejjem mis-Sapjenza u mill-Providenza t'Alla. L-anqas m'ghandek taghzel bejn hwejjeg kbar u hwejjeg zghar. Ghalhekk kull stat li tkun tinsab fih, ilmah dejjem il-volonta' t'Alla u orbot il-volonta' tieghek ma' dik tieghu minghajr tgergir. Inti taf li hu Alla li jkun irid hekk u li inti qieghed fid-dinja ghalhekk biex taghmel dak li jrid hu. Kun kuntent bix-xorti tieghek jekk tassew trid il-paci f'qalbek, jekk tassew trid taghti glorja lil Alla, jekk tassew trid tidhol fil-hajja eterna.
Meta wiehed jorbot il-volonta' tieghu ma' dik t'Alla, allura dawn iz-zewg volontajiet isiru haga wahda. O x'unur ghall-bniedem li jidhol f'ghaqda bhal din ma' Alla! U minghajr dubju jgawdi mill-paci tat-tjubija t'Alla u xejn ma jkun jixtieq izjed, ghax xejn ma jkun jonqsu.
Ipproponi illi f'kollox tghid lil Alla : "Mhux li rrid jien izda li trid inti ikun maghmul". Izda qis li tghid bis-sincerita', u mhux bix-xufftejn ghax quddiem Alla li jaf kollox m'hemm nies li jistghu juru haga b'ohra.