MIN HU LI JIGGLORIFIKA LIS-SANTISSMA TRINITA'
Ahseb li hadd ma jista' jaghti glorja lis-Ssma Trinita' jekk mhux bl-ispirtu u bil-verita. Alla huwa spirtu u min jadurah jehtieg li jadurah bl-ispirtu u bil-verita' Gwann 6, 24. Ghalhekk xejn ma jiswa' li wiehed jaghti glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu jekk il-volonta' tieghu tmeri l-volonta' t'Alla u tmur kontra taghha. Jaghti glorja lil Alla biss min ghandu volonta' lesta li ttemm kull ma jrid Alla, anki t-telfa tal-hajja u ta' kull gid iehor temporali u min huwa fl-istat tal-grazzja divina. Min ikun ghamel il-volonta' tieghu nnifsu ma jkunx qieghed jaghmel il-volonta' ta' Alla, ghalkemm ikun ukoll jaqbel ma' dak li jrid Alla bhallikieku wiehed ma jisraqx biex ma jitilfx il-fama, dan ma jkunx qieghed jobdi lil Alla u jaghti glorja lil Alla li jikkmandalu biex ma jisraqx. Jehtieg immela li wiehed jopra kollox b'intenzjoni retta jigifieri b'dik l-intenzjoni li fiha jindahal Alla. Ma jistax ikun hemm intenzjoni retta f'min ma jaghmilx f'kollox il-volonta' t'Alla; ghax min jikkmandak li ma tisraqx u ma toqtolx, ikkmandalek ukoll biex ma tiznix. Jekk immela inti ma tisraqx u ma toqtolx u inti tizni, ma hemmx dubju li inti ma tisraqx u ma toqtolx mhux ghax tibza' minn Alla jew ghax thobb lil Alla, ghax kieku lanqas ma tizni.
Ipproponi li f'kull att tal-volonta tieghek tqieghed dejjem attenzjoni ghall-intenzjoni tieghek u jekk tara li mhijiex retta kkorreggiha jekk tassew trid taghti glorja lil Alla li ghad jiggudikak zgur.
Ipproponi li f'kull att tal-volonta tieghek tqieghed dejjem attenzjoni ghall-intenzjoni tieghek u jekk tara li mhijiex retta kkorreggiha jekk tassew trid taghti glorja lil Alla li ghad jiggudikak zgur.