IZ-ZERRIEGH
IL-BIDWI LI HAREG JIZRA'
[Mt:13:1] Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f'xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. [Mt:13:2] U nġabru madwaru folol hekk kbar ta' nies li kellu jitla' fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, [Mt:13:3] u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.
U qalilhom : “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. [Mt:13:4] Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom. [Mt:13:5] Oħrajn waqgħu f'art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; [Mt:13:6] iżda mbagħad telgħet ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq. [Mt:13:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. [Mt:13:8] Imma oħrajn waqgħu f'art tajba, u għamlu l-frott, min mija, min sittin, u min tletin. [Mt:13:9] Min għandu widnejn, ħa jisma’! "
[Mt:13:10] Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: "Għaliex tkellimhom bil-parabboli?" [Mt:13:11] Hu weġibhom: "Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. [Mt:13:12] Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. [Mt:13:13] Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux. [Mt:13:14] U hekk isseħħ fihom il-profezija ta' Isaija li tgħid,
‘Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux,
u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.
[Mt:13:15] Għax il-qalb ta' dan il-poplu twebbset:
kienu tqal biex jisimgħu b’widnejhom,
u għalqu għajnejhom li ma
jmorrux jaraw b’għajnejhom,
u jisimgħu b’widnejhom,
u jifhmu b’moħħhom,
u hekk ibidlu ħajjithom
u jiena nfejjaqhom.’
[Mt:13:16] "Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom, għax qegħdin jisimgħu. [Mt:13:17] Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx!
[Mt:13:18] "Mela isimgħuha intom il-parabbola ta' dak li ħareġ jiżra'. [Mt:13:19] Kull min jisma' l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera' f'qalbu: dan huwa dak li nżera' mal-mogħdija. [Mt:13:20] Dak li nżera' f'art kollha blat huwa dak li jisma' l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; [Mt:13:21] imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; mbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel. [Mt:13:22] Dak li nżera' qalb ix-xewk huwa dak li jisma' l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid ta' l-art joħonqulu l-kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott. [Mt:13:23] Dak imbagħad li nżera' f'art tajba huwa dak li jisma' l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin."

TAGHLIM MIGBUD
1. li s-smigh tal-kelma t'Alla huwa l-bidu tal-mertu u tal-glorja.
2. Li huma bosta l-perikli fil-hajja tar-ruh.
3. Li xejn ma jiswa' mohh tajjeb jekk ma jkunx ikkoltivat u mghallem.
4. Lis-sodizza tal-virtu taghmel tassew il-bniedem spiritwali.
5. Li kull nisrani jopra skond il-fidi ta' qalbu.
6. Lil-flus huma mitrah tax-xewk ghal min jimtedd fuqu.

EZERCIZZJU
1. Qatt osservajt il-perikli tar-ruh minn naha tal-gibdiet tieghek?
2. Fost il-gibdiet tieghek naturali x'inhu li jhabbtek l-izjed, l-flus, stimti jew sensazzjonijiet?
3. Tista' tghidli b'esperjenza fuq il-qilla tal-gibdiet hziena taghna naturali?
4. Taf inti xejn li dwn huma bhal annimali fina li iktar jihraxu iktar ma huma sodisfatti?
6. Taf xejn li l-virtu' tigi bit-tmerija ta' dawn il-gibdiet hziena taghna naturali?

PROPONIMENT
Nipproponu li f'kollox nghozzu l-moderazzjoni bi gwerra kontinwa maghna nfusna u b'harba serja mill-okazzjoni, imqanqlin fuq l-isperanza tal-frott tal-hajja eterna.