IL-KANANEA
GHINNI, MULEJ
[Mt:15:21] Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. [Mt:15:22] U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: "Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !" [Mt:15:23] Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: "Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna." [Mt:15:24] Imma hu qalilhom: "Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta' Iżrael." [Mt:15:25] Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: "Għinni, Mulej !" [Mt:15:26] Hu weġibha: "M'hux sewwa tieħu l-ħobż ta' l-ulied u tixħtu lill-ġriewi." [Mt:15:27] "Hekk hu, Mulej," qaltlu,"iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' sidienhom?" [Mt:15:28] Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: "Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq." U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.
TAGHLIM MIGBUD
1. Li min ihobb isir haga wahda ma' dak li jhobb.
2. Li l-verita' tinkixef waqt il-prova.
3. Li n-natura tfittex il-kumdita'
4. Li min jimxi bil-perseveranza u bi spirtu umli jkisser il-ktajjen tar-resistenzi.
5. Li min hu fid-disgrazzja t'Alla jinsab fil-livelli ta' l-annimali.
6. Li Alla huwa seftur fidil tal-veri fidili tieghu.

EZERCIZZJU
1. Thobb inti lil Alla jew il-hwejjeg ta' l-art?
2. Jekk thobb il-hwejjeg ta' l-art taf inti li inti art?
3. Jekk thobb 'l Alla taf int x'int? xi nghid? li Alla?
4. Tista' inti tinfired mis-sentimenti t'Alla jekk marbut bl-imhabba mieghu?
5. Taf inti li Alla jitqazzez fuq is-sentimenti tad-dinja?
6. Tibqa' intis sostni li thobb lil Alla meta inti timxi fuq is-sentimenti tad-dinja?

PROPONIMENT
Nipproponu li millum 'l quddiem l-oggett ta' l-imhabba ta' qalbna ma jkunx haga ohra hlief Alla, s-Sinjur glorjuz tas-sema u ta' l-art, li jhennina b'veru mistrieh u mhux bhall -hwejjeg ta' l-art bla paci u bla hena vera.