L-OPRI T'ALLA JIXHDU FUQU NNIFSU
Ahseb fuq il-ktieb li tiftah quddiem l-ghajnejn tieghek in-natura fuq Alla. L-opri ta' idejh, ix-xemx il-qamar u l-kwiekeb, u l-ikhal tal-firmament, u l-bahar u l-art huma verament li jghaggbu. Ghalhekk il-Hallieq taghhom jista' jkun li mhuwiex ta' kobor u gmiel li ma jitfisirx? Dawn l-opri kollha li jreghduna meta nikkunsuidrawhom huma bhal ponn trab quddiem Alla; finit u mahluq quddiem infinit u le mahluq. Huwa kbir wisq Alla taghna. L-Iskrittura Mqaddsa u l-aktar il-Ktieb tas-Salmi jkellmuna fuq Alla li kien minn dejjem u jibqa' ghal dejjem, infinit, jista' kollox, attributi li quddiemhom l-intellett taghna ghall-hsieb biss jitrieghed. X;idea tana Gesu' fuq Alla? Li huwa ta' min jibza' minnu u li huwa missier taghna. L-idea li tnissel fir-ruh riverenza u mhabba lejn Alla, li huwa tassew denn li kull mahluq ibierku u jirringrazzjah ghall-gid li minnu wahdu ircieva u jircievi l-hin kollu. X'misthija u konfuzjoni ggarrab in-natura umana malli taghraf lil Alla u lil Gesu' Kristu ghall-ingratitudni taghha u tistqarr tghidlu: Sinjur ma kontx ngharfek meta dnibt.
Ipproponi li Alla jkun l-uniku oggett ta' qalbek u n-natura mahluqa tkun driegh li jerfghek fih il-hin kollu u Gesu' Kristu t-triq tieghek.
Ipproponi li Alla jkun l-uniku oggett ta' qalbek u n-natura mahluqa tkun driegh li jerfghek fih il-hin kollu u Gesu' Kristu t-triq tieghek.