L-EFFETTI TAL-FIDI
Ahseb li l-fidi hija mehtiega b'necessita' ta' mezz ghas-salvazzjoni tar-ruh. Minghajrha ma tidholx fil-hajja ta' dejjem. Min ikun emmen u jkun mghammed ikun salv izda min ma jkunx emmen ikun ikkundannat. Marku 16, 16. Bniedem minghajr fidi la jista' jaghti gieh lil Alla lanqas jaghmel merti ghalih innifsu, ghaliex il-fidi hija fundament tar-religjon. Il-fidi tigi mis-smiegh; ghalhekk wiehed ghandu jisma' il-kelma t'Alla. Bosta nies kellhom il-fidi u tilfuha ghaliex ittrakuraw is-smiegh tal-kelma t'Alla u ghamluha ma' nies bla fidi li bi kliemhom u b'ezempji hziena taghhom hassrulhom qalbhom. Il-grajja mirakoluzi li huma registrati fl-istorja tal-knisja huma mezz kbir u qawwi tassew li jsahhah il-fidi taghna. L-aqwa thabrik u l-aqwa studju ta' Satana li hu l-veru ghadu tal-fidi, hu li jeqred mill-qlub tal-bnedmin il-fidi, ghaliex jaf tajjeb li min jemmen igib ir-rebha fit-tentazzjonijiet. Infatti San Pietru jifthilna ghajnejna biex nirrezistu lix-xitan b'dan il-mezz li nkunu qawwijin fil-fidi. I Epist. 5, 8-9. Il-fidi hija c-curkett ta' l-0gherusija ta' Alla mar-ruh u t-telfa tal-fidi hija l-akbar kastig li jaghti Alla lir-ruh ghas-suppervja taghha.
Ipproponili tilmah dejjem fik is-sinjali tal-fidi permezz ta' l-opri tajba.
Ipproponili tilmah dejjem fik is-sinjali tal-fidi permezz ta' l-opri tajba.