17. ALLA JHOBB TA' ALLA LI HU
ALLA JHOBB TA' ALLA LI HU.
Ahseb jekk Alla setghax bl-omnipotenza tieghu jhobbna lilna bnedmin izjed milli habbna, x'hin huwa tana lil Iben wahdieni tieghu bhala wiehed mill-ahwa taghna li ghammar fostna biex jerfghana mid-dnub u mill-gdid idahhalna fl-istat tal-grazzja u tal-hbiberija t'Alla. Kull opra t'Alla hija denja t'Alla, ghax Alla jopra skond in-natura tieghu. Ghalhekk huwa jhobb u jhobb ta' Alla li hu. Kemm ghandu kull bniedem ghax jirringrazzja lil Alla l-imbierek! Kemm sentimenti ta' imhabba ghandu kull bniedem inissel fin innifsu lejn Alla l-imbierek, li ahna ma konniex qatt nistghu nhobbuh li kieku ma habbniex l-ewwel huwa ! Kemm gid u minnu wahdu u permezz tieghu wahdu! Alla huwa mhabba jikteb San Gwann fl-ewwel ittra tieghu kap wiehed vers 16. Ghalhekk min ma jhobbx m'ghandux fih l-ispirtu t'Alla u l-imhabba taghna lejn Alla tidher f-losservanza tal-kmandamenti tieghu: infatti Gesu'Kristu jghid: " Min gahandu l-kmandamenti tieghi u jharishom dan hu li jhobbni." Gwanni 14, 21. Hija verita' li n-natura taghna thobb lil min ihobbha; issa min qatt setgha jhobbna daqskemm habbna Alla? Izda oh, kemm ftit huma dawk li jhobbu lil Alla!
Ipproponi li b'sentimenti ta' mhabba u ta' rikonnoxxenza lejn Alla wara kull gid li inti taghmel jew li inti tircievi, tghid sincerament: "Grazzi Sinjur Alla."
Ipproponi li b'sentimenti ta' mhabba u ta' rikonnoxxenza lejn Alla wara kull gid li inti taghmel jew li inti tircievi, tghid sincerament: "Grazzi Sinjur Alla."