IT-TAGHLIM LIT-TNAX
GESU' JSEJJAH LIT-TNAX U JAGHTIHOM L-ORDNIJIET
[Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu. [Mt:10:2] L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta' Żebedew, u ħuh Ġwanni, [Mt:10:3] Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta' Alfew, u Taddew, [Mt:10:4] Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
[Mt:10:5] Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b'dawn l-ordnijiet: "Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f'belt tas-Samaritani : [Mt:10:6] imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta' Iżrael. [Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. [Mt:10:8] Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B'xejn ħadtu, b'xejn agħtu. [Mt:10:9] Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; [Mt:10:10] u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu. [Mt:10:11] Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f'daru sa ma titilqu minn hemm. [Mt:10:12] Meta tidħlu f'dar, sellmu lin-nies tagħha, [Mt:10:13] u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa' lura għandkom is-sliem tagħkom. [Mt:10:14] Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu 'l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta' saqajkom. [Mt:10:15] Tassew, ngħidilkom, li jum il-ħaqq ikun eħfef għal Sodoma u Gomorra milli għal dik il-belt. [Mt:10:16] "Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li Alla mal-kelma jaghti l-mezzi ghall-perswazzjoni.
2. Li ahna ghandna nissegregaw ruhna mill-hziena.
3. Li l-paci tidhol u tinzamm fejn hemm il-gustizzja biss.
4. Li wiehed ma ghandux jittrata ma' bniedem jekk ma jkunx gharfu qabel.
5. Li d-dnubiet mejta ma humiex kollha ta' gravita' ugwali.
6. Li ta' min jindokra ruhu mis-segwaci tad-dinja ghall-qerq taghhom.

EZERCIZZJU
1. Tahseb inti li tigbed xi gid taghmilha mal-hziena?
2. Taf inti xejn li min ma jirrispettax lil Alla lanqas ma jirrispetta bniedem?
3. Garrabt inti xejn xi dwejjaq imhabba l-hziena?
4. Perswaz inti xejn li l-firda mill-hziena hija l-ahjar mezz biex ma taqax fix-xbiek taghhom?
5. Tiggudika inti li taghmel il-gid bil-miftuh x'hin in-numru tal-hziena ma jinghaddx?

PROPONIMENT
Nipproponu li naghmlu gwerra kontra ll-hziena imma mohbija bil-hsieb biex teqred l-iskandi u l-istess hziena jikkonvertu