L-OFFIZA FIR-RESISTENZA GHAL ALLA.
Ahseb kemm hija nsolenti u malizzjuza r-resistenza li jaghmel il-bniedem meta jmieri u jmur kontra l-volonta' ta' Alla. Niehdu sid li sejjah lis-seftur tieghu u jordnalu biex igiblu tazza ilma u dan bla misthija jghidlu: " Ma rridx." Dan is-sid, oh kemm jara lilu nnifsu offiz ! Hekk qal Kristu lill-Lhud: " Intom tghajruni." Gwann 8, 49. Issa liema bniedem li jkun gharaf lil Alla, Alla bla bidu u bla tmiem, bla qis, Alla li jista' kollox u ta' kulhadd li jinsab kullimkien u jisogra jghidlu : " Jiena kliemek nistmah taht saqajja u ma nibzax minnek ! " Hekk ikun qed jghid lil Alla, mhux bil-kliem imma bl-istess ghemil hazin il-bniedem li jirresisti ghall-volonta' t'Alla, bi hsara kbira ghalih innifsu ghax ma hemmx paci hlief ghal dawk li jhobbu l-ligi tieghu, jigifieri li ghandhom volonta' tajba. U x'inhija l-hajja minghajr paci hlief infern fid-dinja? U fuq kollox f'mewtu jidhol fit-telfien ta' dejjem, ghax Kristu qal: " Min jaghmel il-volonta' ta' Missieri jidhol fis-saltna tas-smewwiet." Mattew 7, 21.
Ipproponi li ma tifhimx tiehu gost iehor hlief billi taghmel il-volonta' t'Alla li habbna qabel ma habbejnih ahna, tant tajjeb u hanin u helu.
Ipproponi li ma tifhimx tiehu gost iehor hlief billi taghmel il-volonta' t'Alla li habbna qabel ma habbejnih ahna, tant tajjeb u hanin u helu.