MIN HUMA WLIED ALLA
MULEJ AHFIRLI
Ahseb li l-veri wlied Alla jimitaw 'l Alla f'dak kollu li jistghu. Fejn ma jistghux, jirrikorru lejh bit-talb. Kristu fl-Evangelju qalilna biex nkunu perfetti bhalma hu perfett il-Missier taghna li huwa fis-smewwiet. Matt 5, 48. Il-veri wlied jixbhu lill- missier taghhom. ghax iggenerati ghall-merti ta' Gesu' Kristu fil-grazzja divina. Issa, hija propjeta' t'Alla li jhenn u jahfer. Immela ma hemmx dubju li mhumiex veri wied Alla dawk li ma jhennux u li ma jahfrux. Gesu' Kristu espressament ikkmandana biex inkunu ta' qalb hanina bhalma hu wkoll ta' qalb hanina l-Missier taghna. Luqa 6.36. Alla l-Missier taghna hu Imhabba, immela ma humiex veri wlied Alla dawk li ma jaghmlux il-gid lil ohrajn, billi l-bniedem ma jitwelidx ghalih innifsu wahdu. Ulied Alla huma wlied il-grazzja u l-grazzja tigbed lejn Alla u lejn il-virtu, u tobghod ix-xewqat tal-gisem. Il-grazzja f'kollox taghti unur u glorja lil Alla bil-qalb u ma tafx toqghod battala.
Ipproponi li ggarrab fik ta' spiss il-kbir farag li tarak tixbah permezz tal-grazzja lil Missier taghna li huma fis-smewwiet.
Ipproponi li ggarrab fik ta' spiss il-kbir farag li tarak tixbah permezz tal-grazzja lil Missier taghna li huma fis-smewwiet.