L-APPOSTLI MHEDDIN
[Atti:4:1] Waqt li Pietru u Ġwanni kienu għadhom qegħdin ikellmu lill-poplu, resqu fuqhom il-qassisin u l-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej; [Atti:4:2] għax ma felħux jisimgħuhom jgħallmu lill-poplu u, bl-istess qawmien ta' Ġesù, ixandru l-qawmien mill-imwiet. [Atti:4:3] Għalhekk meddew idejhom fuqhom, u żammewhom fil-ħabs sa l-għada, għax kien ġa sar filgħaxija. [Atti:4:4] Imma ħafna minn dawk li kienu semgħu l-kelma emmnu, u l-għadd tagħhom kien jilħaq mal-ħamest elef ruħ.
[Atti:4:5] L-għada l-kapijiet tagħhom u x-xjuħ u l-kittieba ltaqgħu f'Ġerusalemm. [Atti:4:6] Kien hemm Anna l-qassis il-kbir, Kajfa, Ġwanni, Alessandru, u dawk kollha li kienu mill-familja tal-qassisin il-kbar. [Atti:4:7] Qiegħdu lill-appostli fin-nofs u staqsewhom: "Intom b'liema qawwa jew f'isem min għamiltuh dan?" [Atti:4:8] Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: "Kapijiet tal-poplu u xjuħ, [Atti:4:9] intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq. [Atti:4:10] Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta' Iżrael: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa ta' l-isem ta' Ġesù Kristu ta' Nazaret, li intom sallabtuh u Alla qajjmu mill-imwiet.
[Atti:4:11] Din hi
‘Il-ġebla li intom, il-bennejja, warrbtu
u li saret il-ġebla tax-xewka.’
[Atti:4:12] F'ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi." [Atti:4:13] Meta l-kapijiet raw il-kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fehmu sewwa li kienu nies ta' madwar Ġesù; [Atti:4:14] imma meta raw ir-raġel li kien imfejjaq, wieqaf hemm ħdejhom, ma kellhom ħila jwieġbu xejn. [Atti:4:15] Mbagħad ġagħluhom joħorġu barra mis-Sinedriju u qagħdu jitħaddtu bejniethom. [Atti:4:16] "X'se nagħmlu bihom dawn in-nies?" bdew jgħidu, "għax in-nies kollha ta' Ġerusalemm jafu li dan il-miraklu sar permezz tagħhom; u dan aħna ma nistgħux niċħduh. [Atti:4:17] Imma, biex dan ma jixteridx aktar fost il-poplu, ejjew nhedduhom biex ma jsemmu dan l-isem ma' ħadd iżjed." [Atti:4:18] Għalhekk reġgħu sejjħulhom, u ordnawlhom biex b'ebda mod ma jitkellmu jew jgħallmu fl-isem ta' Ġesù. [Atti:4:19] Imma Pietru u Ġwanni weġbuhom: "Għidulna intom jekk hux sewwa quddiem Alla li aħna nisimgħu aktar minnkom milli minn Alla; [Atti:4:20] għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna." [Atti:4:21] Mbagħad reġgħu hedduhom u telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma għarfux kif jaqbdu jikkastigawhom, għax kulħadd kien qiegħed jagħti glorja lil Alla għal dak li ġara. [Atti:4:22] Ir-raġel li kien imfejjaq b'dan il-miraklu

TAGHLIM MIGBUD
1. Li ma hemmx qawwa kontra l-Potenza Divina.
2. Li t-telfin ta' dejjem ghal min ma jemminx fi Kristu.
3. Li Alla jinqeda' bi strumenti umli.
4. Li kontra l-fatt ma hemmx ragunar.
5. Li mhux kull min jara miraklu jemmen.
6. Li l-ubbidjenza ghandha tkun ragjonevoli.

EZERCIZZJU
1. Taf inti xejn li kull gid jaghmlu Alla?
2. Jidhirlek li Alla jinqeda' b'kulhadd biex ikun iggloifikat?
3. Qatt smajt fl-Iskrittura li Alla kbir u jigi unurat mill-umli?
4. Tahseb inti li Alla jkun qed jinqeda bik meta inti tfittex l-unuri ghalik innifsek?
5. Tista' inti tghid li minghajr Alla ghamilt xi haga?
6. X'jiswa li inti thawwel, haddiehor isaqqi jekk Alla ma jkabbarx?

PROPONIMENT
Nipproponu li naghtu dejjem glorja lil Alla ghal kull gid li naraw u li nirringrazzjawh jekk lilu jkun ghogob li jinqeda' bina biex niehdu sehem fih.