IL-KREATURA U L-ATTRIBUTI T'ALLA.
MULEJ JIENA NADURAK U NQIMEK
Ahseb li billi Alla halaq kollox, ghalhekk kull kreatura sservi 'l Alla u b'mod specjali l-attributi tieghu, min b'mod u min b'iehor. Il-kreatura li tara, li tisma' li tifhem, li tirraguna, tipperswadi ruhha li l-Kreatur jara, u jisma', u jifhem u jirraguna. Issa dak li huwa tajjeb u perfett fil-kreaura huwa nfinitament tajjeb u perfett fil-Kreatur. X'inhuwa li ma jitkellimx fuq il-kbira providenza t'Alla? Il-bniedem, l-annimali t-tajr ta' l-ajru, il-hut tal-bahar, is-sigar u l-hxejjex isibu l-mezz ta' l-ghexien. Ikkonsidra jekk tista' in-numru tal-kreaturi li kollha ghandhom il-hajja. X'inhua li ma jitkellimx fuq il-kbira Sapjenza t'Alla? L-ordni fis-sema u fl-art, il-hajja tax-xemx, il-kors infallibli tal-qamar, tal-kwiekeb, ta' l-istaguni u tal-generazzjonijiet ta' l-annimali u taz-zrieragh. Kollox f'waqtu, kollox f'hinu. X'inhuwa li ma jitkellimx fuq il-kbira tjubija ta' Alla? Kull gid hadd u xejn ma seta' jgib lilu nnifsu fl-esistenza, u l-anqas jikkonserva lilu nnifsu wahdu, izda jintgharaf gej minn Alla wahdu u specjalment fil-bniedem li lilu n-natura tghid: X'kont tista' taghmel kieku Alla ma ghamillekx idejk? Il-bniedem ihawwel u l-bniedem isaqqi, izda huwa Alla li jkabbar.
Ipproponi li malajr tintrefa fil-Kreatur quddiem kull kreatura u la tieqafx fuqha, ghax inti mahluq ghalih wahdu.
Ipproponi li malajr tintrefa fil-Kreatur quddiem kull kreatura u la tieqafx fuqha, ghax inti mahluq ghalih wahdu.