SEBA HOBZIET
GESU' JRODD HAJR FUQ IL-HUT U L-HOBZ
[Mt:15:29] Ġesù baqa' għaddej minn hemm u mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala' fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. [Mt:15:30] U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta' nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, mmankati, mbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f'riġlejh, u hu fejjaqhom, [Mt:15:31] hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-immankati qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta' Iżrael.
[Mt:15:32] Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu. Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq." [Mt:15:33] Qalulu d-dixxipli: "F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira!" [Mt:15:34] "Xi kemm għandkom ħobż?" staqsiehom Ġesù. Qalulu: "Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir." [Mt:15:35] Mbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, [Mt:15:36] ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies.[Mt:15:37] U kulħadd kiel u xaba'; u ġabru l-bċejjeċ li fadal, sebat iqfief mimlija. [Mt:15:38] U kienu erbat elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal. [Mt:15:39] Mbagħad bagħat in-nies, tala' fuq id-dgħajsa, u mar lejn l-inħawi ta' Magadan.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li ma jakkwistax il-fini tieghu min jiddisprezza mezz relattiv u proporzjonat ghalih.
2. Li n-natura jkollha tbaxxi l-intelligenza meta bis-sens u bir-raguni tara hwejjeg barra l-kors taghha.
3. Li fis-socjeta' umana tghaddi ghaqda ta' ghajnuna lejn tieghu.
4. Li dmir is-superjur hu li jahseb fuq il-gid tas-sudditi tieghu.
5. Li l-unur mhux ghall-istrument izda ghal min jimmaniggja l-istrument.
6. Li min ifittex ir-renju t'Alla jigih wahdu u bil-kotor kull temporal.

EZERCIZZJU
1. Tahseb inti xejn li tista' tghaddi minghajr l-ghajnuna ta' l-ohrajn u li ma ghandek bzonn hadd?
2. Taf inti xejn li Alla halaq il-bniedem socjevoli u qal li mhix haga tajba li Adam ikun wahdu?
3. Jidhirlek li n-nies ta' kundizzjoni baxxa ma jaghtux ghajnuna lis-socjeta' ghall-vitalita' taghha?
4. Qatt smajtha xejn il-parabbola tal-filosfu fuq l-istonku u l-membri l-ohra tal-gisem li kkonguraw kontra l-istonku billi hasbu li jircievi kollox hu u jzomm kollox ghalih bla ma jahdem?
5. Jista' wiehed ma jigix bzonn l-iehor daqskemm ahna suggetti ghall-mizerji f'ruhna u gisimna?
6. Tissogra tirrita bniedem meta forsi inti tista' taqa' taht il-bzonn partikulari tieghu?

PROPONIMENT
Nipproponu li nirrispettaw lil kulhadd tant ta' kundizzjoni gholja kemm baxxa ghax hekk jaqbel ghar-rigward t'Alla u taghna wkoll, billi fis-socjeta umana huma bosta u diversi l-ufficcji kif jghid San Pawl:" Kieku kollox ghajn fejn hu s-smiegh?"