11. IL-KONSEGWENZI TAL-WAQGHA TAL-BNIEDEM
ADAM U EVA MKECCIJA BARRA MILL-GENNA TA' L-ART.
Ahseb fuq il-kbir ghadu ta' ruhna x-xitan li kien qattiel sa mill-bidu. Bil-malizzja tieghu huwa fehem jirrovinana ghal dejjem. Izda Alla henn ghalina u ghamel maghna dak li qatt ma kien jobsor ix-xitan. Ix-xitan ra li Adam u Eva u d-dixxenedenti kollha taghhom huma mjassrin taht dufrejh f'rovina eterna, billi kien jaf tajjeb li ebda vittma ma kienet tista' tissodisfa l-Gustizzja t'Alla, ghax din hija nfinita u kull kreatura hija finita. Izda Alla sa mill-mument tal-waqgha tal-bniedem fid-dnub wieghed is-Salvatur u fiz-zmien iffissat mis-Sapjenza tieghu baghat l-Iben wahdieni tieghu Alla veru minn Alla veru biex fin-natura umana jhallas denjament il-gustizzja divina ghad-dnubiet kollha tal-bnedmin. Ahseb fuq il-mibgheda tax-xitan ghalina l-bnedmin u fuq il-kbira imhabba t'Alla lejna. Adam u Eva mal-waqgha tilfu ghalihom u ghan-nisel kollu taghhom kull don tal-grazzja u mid-dnub originali harget ukoll il-mewt, u mal-bniedem inksew l-injoranza, il-biza', id-dizordni fl-aptiti tieghu, il-mizerja u l-kundanna tal-mewt u saret it-telfa tal-paci. Izda s-Salvatur li twieled minn omm vergni gie fid-dinja biex mill-gdid jerfaghna fil-grazzja t'Alla u jaghtina l-paci.
Ipproponi li zzomm dejjem il-biza fuq l-inganni tax-xitan u li tibqa' dejjem rikonoxxenti lejn Alla b'fedelta ghall-ligi mqaddsa tieghu.
Ipproponi li zzomm dejjem il-biza fuq l-inganni tax-xitan u li tibqa' dejjem rikonoxxenti lejn Alla b'fedelta ghall-ligi mqaddsa tieghu.