12. ALLA JOBGHOD IS-SUPPERVJA
ALLA JKECCI LIL ANGLI RIBELLUZI
Ahseb kemm Alla jobghod is-suppervja; infatti kreaturi tant sbieh ghall-intelligenza taghhom u ghad-doni taghhom bhalma kienu l-angli, li waqghu fid-disgrazzja tieghu, huwa ghamilhom oggett ta' mibgheda eterna tieghu u tefaghhom f'lok li huwa halaq apposta biex fih inkunu mahqura minghajr ebda mistrieh u ghal dejjem. Kemm ghandu wiehed jibza' minnha s-suppervja! Hija l-bidu ta' kull deni, hija tirrezisti ghall-volonta' tal-Kreatur, li huwa l-uniku benefattur ta' kulhadd. Is-suppervja fiha ngratitudni kbira wisq, hija taghmel infelici lil kull min jiccappas biha. Is-suppervja hija kontra l-verita', ghaliex kull kreatura tiddependi minn Alla necessarjament u kull ma ghandha rcevietu minn Alla b'xejn, bla ebda mertu. Ix-xejn hija l-propjeta' ta' kull kreatura u hadd ma ghandu ragun biex jissupervja. Staqsu lil l-ikbar supperv tad-dinja jekk kienx hu li ghamel ghalih innifsu jdejh, izda s-supperv verita' bhal din ma jarahiex ghad-dlamijiet li ggib maghha s-suppervja. Isma' il-verita' eterna titkellem fuq is-suppervja: "Kull min jgholli lilu nnifsu jitnizzel." Luqa 14, 11. U jista'jkun li wiehed jibqa' jissupervja meta jaghraf li kull ma jahseb li hu ghandu huwa mqieghed fuq l-incertezzi?
Ipproponi li ma zzomm qatt hsieb ta' suppervja, jekk trid tithabbeb ma' Alla.
Ipproponi li ma zzomm qatt hsieb ta' suppervja, jekk trid tithabbeb ma' Alla.