L-AXXENSJONI
1. Il-wegħda ta' l-Ispirtu s-Santu
[Atti:1:1] Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda [Atti:1:2] sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel. [Atti:1:3] Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f'erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta' Alla. [Atti:1:4] Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ il-wegħda tal-Missier,"li fuqha", qalilhom,"smajtu x'kont għedtilkom. [Atti:1:5] Jiġifieri, li Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom fi ftit jiem oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu."
Tlugħ il-Mulej fis-sema
[Atti:1:6] Kif kienu flimkien staqsewh: "Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se terġa' twaqqaf is-Saltna ta' Iżrael?" [Atti:1:7] Hu weġibhom: "M'hijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu. [Atti:1:8] Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f'Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art." [Atti:1:9] Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud 'il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. [Atti:1:10] Waqt li kienu b'għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f'daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad, [Atti:1:11] u qalulhom: "Rġiel tal-Galilija, x'intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù, li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa' jiġi kif rajtuh sejjer."
L-għażla ta' Mattija
[Atti:1:12] Mbagħad reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejjħa taż-Żebbuġ, li hi 'l bogħod mill-belt daqs il-mixja tas-Sibt. [Atti:1:13] Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta' fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu. Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu. [Atti:1:14] U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma' xi nisa u ma' Marija, omm Ġesù, u ma' ħutu.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li t-taghlim minghajr ezempju minn qabel ikun aktarx minghajr impressjoni.
2. Li Alla dejjem jaghti l-motivi ta' kredibilta'.
3. Li l-kurzita; ma hiex ghajnuna izda tfixkil ghall-hajja spiritwali,
4. Li lIspirtu Santu fil-bniedem jintgharaf mill-opri tal-virtu'.
5. Li Alla ma jridx il-bniedem fil-ghazz fit-telf taz-zmien.
6.Li s-silenzju huwa thejjija ghall-orazzjoni u dina thejjija ghall-grazzja t'Alla.
EZERCIZZJU
1. Taf inti xejn li min jaf li fin hemm l-Ispirtu Santu huwa wkoll fil-grazzja t'Alla.?
2. Hawn xi hadd li jista' jkun cert li huwa fil-grazzja t'Alla?
3. Is-sinjali li wiehed huwa fil-grazzja t'Alla, tafhom inti xejn?
4. Jekk il-frott ta' l-Ispirtu Santu, kif jghallem San Pawl, juma imhabba, kastita' u modestja, tista inti tahseb li fik hemm l-Ispirtu Santu meta inti ma thobbx l-ghedewa tieghek jew meta inti impur jew taghmel biex tidher?
5. Jidhirlek li Alla jichad l-Ispirtu Santu lil min jitlobhulu bil-verita' meta missier ta' dina l-art jaghti dak li hu tajjeb lil uliedu li jitolbuh?
6. Tahseb inti li min ifittex il-kreaturi jew lilu nnifsu huwa mqanqal mill-Ispirtu Santu?
PROPONIMENT
Nipproponu li nikkonvertu serjament b'att sincier ta' indiema x'hin naraw fina xi sinjal kuntrarju ghall-Ispirtu Santu, hosbenin profondament li kllox huwa vanita' f'dina l-hajja hekk qasira.