L-EWLENIN INSARA
Id-dixxipli jitolbu għall-kuraġġ
[Atti:4:23] Malli telquhom, l-appostli marru għand sħabhom u għarrfuhom b'dak kollu li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ kienu qalulhom. [Atti:4:24] Meta semgħu dan, lkoll flimkien għollew leħenhom lejn Alla u qalu: "O Sid, int li għamilt is-sema, l-art, il-baħar, u kull ma fihom; [Atti:4:25] int li nebbaħt bl-Ispirtu s-Santu lil David missierna, qaddej tiegħek, u b'fommu għedt,
‘Għaliex ixxewxu l-ġnus
u l-popli ngħaqdu konfoffa waħda għalxejn?
[Atti:4:26] Qamu s-slaten ta’ l-art,
u l-kbarat inġemgħu flimkien
kontra l-Mulej u l-Messija tiegħu.’
[Atti:4:27] Għax, tabilħaqq, f'din il-belt Erodi u Ponzju Pilatu ngħaqdu flimkien mal-pagani u n-nies ta' Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int ikkonsagrajt, [Atti:4:28] biex jagħmlu dak kollu li, bil-qawwa u r-rieda tiegħek, iddestinajt minn qabel li kellu jsir. [Atti:4:29] Issa mela, Mulej, ħares lejn it-tehdid tagħhom, u agħmel li l-qaddejja tiegħek ixandru kelmtek bil-kuraġġ kollu. [Atti:4:30] U midd idek biex isiru fejqan u sinjali u mirakli permezz ta' l-isem tal-qaddej qaddis tiegħek Ġesù." [Atti:4:31] Kif spiċċaw jitolbu, il-post fejn kienu miġbura theżheż, u lkoll imtlew bl-Ispirtu s-Santu u bdew ixandru l-kelma ta' Alla bil-kuraġġ kollu.
Kellhom kollox flimkien
[Atti:4:32] Il-kotra kbira ta' dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien. [Atti:4:33] B'qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna. [Atti:4:34] Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l-flus li jdaħħal minnhom [Atti:4:35] kien imur iqegħedhom f'riġlejn l-appostli. Mbagħad kien jitqassam kollox skond il-ħtieġa ta' kull wieħed. [Atti:4:36] Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejjħulu Barnaba, jiġifieri bin il-faraġ; [Atti:4:37] dan kellu għalqa, biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f'riġlejn l-appostli.

TAGHLIM MIGBUD
1. Li hija utli wisq ghar-rimedju li wiehed igharraf b'dak li jaf fuq bniedem ghadu.
2. LI l-hziena, bi hzunithom, jeffettwaw il-hsibijiet providenzjali t'Alla.
3. Li s-suppervja tal-bniedem tqanqal 'l Alla biex jikkonfondieh.
4. Li l-ispirtu t'Alla huwa spirtu ta' kuragg
5. Li l-vera karita ma tfittixx dak li hu taghha.
6. LI hija haga ta min ifahharha li wiehed jaghti elemozini permezz tas-sacerdoti.

EZERCIZZJU
1. Jista' jkun li Alla ma jiddirigix kollox ghall-volonta' tieghu?
2. Taf inti xejn li Alla halaq kollox ghalih innifsu?
3. Jidhirlek li hu f'idejn il-bniedem li jiddiriegi l-passi tieghu?
4. Tahseb inti li hemm xi kunsill jew ghaqda kontra s-Sinjur?
Tista; inti tikkonkludi li hawn xi haga li mhix taht id-dominju ta' Alla?
6. Tiddubita inti xejn li kollox Alla jippermetti ghall-gid?

PROPONIMENT
Nipproponu li b'wiccna ma' l-art bhal baghal, naduraw b'veru silenzju kull moviment li naraw billi nafu li, qabel, dan ikun hareg mis-Santwarju t'Alla kemm bhala kmand u kemm ukoll bhala permess.