16. IL-KREATURI FIT-TRIQ TAS-SALVAZZJONI
XEJN MA HUWA AKTAR HAZIN MILLI WIEHED IHOBB IL-FLUS . EKK.10, 10
Ahseb li l-kreaturi kollha mahluqa ghall-bniedem sabiex permezz taghhom huwa jasal ghall-fini li ghalih huwa mahluq. Immela l-bniedem ghandu jghozz dawk il-hwejjeg kollha li jressquh lejn Alla., u ghandu jitwarrab minn dawk il-hwejjeg kollha li jbgheduh mill-fini tieghu li hu Alla. Kull haga li tbieghdek minn Alla hija ghalik okkazjoni prossima tar-rovina tieghek innifsek, ghax jekk ma titwarrabx minnha inti ma tasalx ghall-fini li ghalih inti mahluq, jigifieri ma sservix lil Alla u perkonsegwenza tintilef. Ahseb li fost il-kreaturi kollha, l-aktar li jistghu jkunu ta' okazzjoni jew kawza ta' telfien tieghek ta' dejjem huma l-gibda ghall-imhabba tal-flus u l-gibda ghall-imhabba karnali. Rigward il-flus, isma' x'ighid l-Ispirtu Santu : " Xejn ma huwa aktar hazin milli wiehed ihobb il-flus. " Ekk 10, 10. Rigward il- gibda ghal imhabba karnali huwa bizzejjed li inti tara lil Salamun b'tant gherf, b'tant ghana mwaqqa' f'tant dlamijiet. Ghalhekk jekk inti ghandek xi affezzjoni lejn xi hadd ezamina jekk hiex karnali jew spiritwali mis-sinjali li johorgu minnha. Kollox jimxi bis-sinjal propju tieghu. L-affezzjoni karnali tnaqqas il-memorja t'Alla fik, tnaqqas il-hegga ghall-virtu u tinkwieta l-qalb. L-affezzjoni spiritwali izda tkabbar il-memorja t'Alla fik u l-hegga ghall virtu' u taghtik il-paci. Dina l-affezzjoni ghozza, izda l-ohra ahrabha bhall-pesta.
Ipproponi li f'kollox tahseb x'jigri wara.