15. IL-KOBOR TA’ MARIJA SANTISSMA
MARIJA MMAKLULATA
Ahseb fuq il-kobor ta’ Marija Santissma. Alla l-Missier ghazilha bhala bintu, u ghamilha regina tas-sema u ta’ l-art, Alla l-Iben ghazilha b’omm tieghu vera u naturali u ghamel is-sottomissjoni lejha, Alla l-Ispirtu Santu ghazilha b’gharusa tieghu reali u, imliha u ghaniha bil-grazzi u bid-doni tieghu. Marija Santissma stess stqarret li Alla ghamel maghha hwejjeg kbar, u kbar tassew, x’hin li hija vera kreatura Alla nnifsu assoggetta lilu nnifsu lejha u taha qima li tishoqq lil omm. Marija kienet dik il-mara li Alla wieghed fil-genna ta’ l-art, li kellha tishaq ir-ras tax-xitan, u fil-koncepiment immakulat taghha ntqieghed l-ghadu bejnha u bejnu. Satana ma setghax ghaliha, x’hin huwa seta' u ghadu jista’ ghall-ulied kollha ta’ Eva. Ahseb ftit fuq il-konsegwenza li kieku Marija kienet ghal mument wiehed irsira u qaddejja tieghu! Min jista’ jhoss fih li Alla jaghti tant okkazjoni ta’ glorja hekk kbira, u ta’ unur hekk kbir lill-ghadu ta’ l-Isem qaddis u terribbli tieghu? Dan il-privilegg tant hu prezzjuz ghal Marija li hija stess ghat-tifkira tieghu waqfet monument f’Lourdes, u iehor permezz tal-Medalja Mirakoluza.
Ipproponu li tahdem is-salvazzjoni ta’ ruhek ukoll, billi tqim lil Marija Santissima l-aktar fil-Koncepiment Immakulat taghha.