DAVID U SHABU BIL-GUH
GESU' MA' L-APOSTLI FEJN GHALQA QAMH
[Mt:12:1] Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. [Mt:12:2] Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: "Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta' Sibt. "[Mt:12:3] U hu qalilhom: "Ma qrajtux x'għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? [Mt:12:4] Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta' Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta' quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? [Mt:12:5] Jew ma qrajtux fil-Liġi li nhar ta' Sibt il-qassisin fit-tempju jiksru s-Sibt bla ma jonqsu? [Mt:12:6] Ngħidilkom li hawnhekk hawn min hu aqwa mit-tempju. [Mt:12:7] Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, 'Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju', ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija. [Mt:12:8] Għax Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt."
TAGHLIM MIGBUD
1 .Li l-qaddisin huma lilna proposti ghall-imitazzjoni fil-kors ordinarju.
2. Li l-ligi tal-bniedem ma tobbligax b'inkommodu gravi.
3. Li ma tiksirx is-santifikazzjoni tal-festi x-xoghol i l-unur ta' Alla jitlob.
4. Li superjur japprova meta jara u jiskot.
5. Li min ma ghandux f'qalbu hniena vera jiggudika u jikkundanna.
6. Li falza hija dik il-hegga li mhix imsiehba mal-karita'.

EZERCIZZJU
1.Taf inti xejn x'ghandek tifhem b'inkomodu gravi?
2. Jidhirlek li hu nkommodu gravi meta ma tasalx biex issofri deni jew hsara kbira f'sahhtek, gidek jew il-fama tieghek?
3. Tahseb inti li l-ligi umana biss tobbliga minghajr inkommodu gravi?
4. Imghallem inti xejn li l-karita' lejn il-proxxmu ma tobbligaxb'inkommodu gravi?
5. Ma issejjahix inti eroizmu li wiehed isofri nkommodu gravi fl-okazzjoni tal-karita' lejn il-proxxmu?
6. Vittma ta' karita lejn il-proxxmu ma tixbahx forsi lil Kristu Gesu'?

PROPONIMENT
Nipproponu li nitfghu ghajnejna fuq l-mejtin u nghidu fuq l-ezempju ta' San Kamillu de Lellis: O li kieku l-mejtin iqumu mill-gdid ghall-hajja temporali kemm kbar kienu jkunu l-karitajiet u s-sagrificcji taghhom..